Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid)

(Kawża T-75/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Pubbliku rilevanti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nepentes Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, K. Dimidjian-Lecompte u C. Casalonga, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG u Nepentes S.A.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“prodotti kimiċi għal użu farmaċewtiku”.Il-kumplament tar-rikors huwa mi

ċħud.Ku

ll parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.