Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/13) 1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti Pocemon u Perform konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż eliġibbli – Rimbors tas-somom imħallsa – Rapport ta’ awditu – Assenza ta’ interess ġuridiku – Interess dikjaratorju – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, aġenti, assistiti minn L. Athanassiou u G. Gerapetritis, avukati)

Suġġett

Rikors skont l-Artikolu 272 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat mill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li r-rifjut tal-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti somom imħallsa lir-rikorrenti fl-implementazzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidji Perform u Pocemon jikkostitwixxi ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha u, min-naħa l-oħra, li ma hemmx lok li jsir rimbors ta’ xi parti minn dawn l-ammonti, kif ukoll l-ammont tad-danni likwidati li għandu jiġi ddeterminat minn din tal-aħħar.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.