Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - El Coto De Rioja vs UASI - Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)

(Kawża T-276/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva COTO DE GOMARIZ - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti COTO DE IMAZ u EL COTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Coto De Rioja, S.A. (Oyón, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz, J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: María Álvarez Serrano (Gomariz Leiro, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' April 2010 (Każ R 1020/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn El Coto de Rioja, SA u María Álvarez Serrano.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta' April 2010 (Każ R 1020/2008-4), hija annullata sa fejn l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar ix-xebh bejn is-sinjali inkwistjoni hija żbaljata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.