Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/18) 1

(“Kompetizzjoni – Assoċjazzjoni ta’ impriżi – Kompetizzjonijiet ta’ pattinaġġ veloċi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Regoli ta’ federazzjoni sportiva – Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ispeċifiċità tal-isport – Imħatri sportivi – Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport – Linji gwida għall-kalkoli ta’ multi – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Miżuri korrettivi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Skating Union (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Meessen u F. van Schaik, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Mark Jan Hendrik Tuitert (Hoogmade, il-Pajjiżi l-Baxxi), Niels Kerstholt (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi), European Elite Athletes Association (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: B. Braeken u J. Versteeg, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ)

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ) huma annullati sa fejn, meta tordna lill-International Skating Union ittemm il-ksur ikkonstatat taħt piena ta’ pagament ta’ penalità, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ arbitraġġ u teżiġi li jiġu emendati fil-każ li tinżamm is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-International Skating Union u l–Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

Il-European Elite Athletes Association, Jan Hendrik Tuitert u Niels Kersholt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 142, 23.4.2018.