Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – EN vs Udlændingenævnet

(Kawża C-375/23, Meislev 1 )

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EN

Konvenut: Udlændingenævnet

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-ksib ta’ permess ta’ residenza permanenti fi Stat Membru jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ standstill fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-Iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f’Ankara fit-12 ta’ Settembru 1963 mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE 1 tat-23 ta’ Diċembru 1963?

Fil-każ affermattiv, il-fatt li l-kundizzjonijiet temporali għall-ksib ta’ permess ta’ residenza permanenti fi Stat Membru jkunu iktar onerużi (jiġifieri, li r-rekwiżiti minimi meħtieġa fir-rigward tat-tul ta’ żmien ta’ residenza preċedenti u ta’ impjieg preċedenti tal-barrani fl-Istat Membru jsiru iktar onerużi), jista’ jitqies bħala xieraq sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni b’suċċess ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?

____________

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10