Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 - La Cachuera vs UASI - Gelkaps (Ayanda)

(Kawża T-43/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: La Cachuera SA (Misiones, Arġentina) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Gelkaps GmbH (Pritzwalk, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tikkonstata li r-rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tad-19 ta' Novembru 2008 ġie ppreżentat fit-termini stabbiliti u taħt il-forma meħtieġa u, qabel ma jsir l-eżami rilevanti tal-proċess, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gelkaps GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "AYANDA" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.315.405) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 28, 29, 30, 32 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Spanjoli figurattivi u verbali "AMANDA" għal prodotti fil-klassi 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________