Language of document : ECLI:EU:T:2007:213





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2007 – Mülhens vs UASI – Cara (TOSKA LEATHER)

(Kawża T-28/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOSKA LEATHER – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TOSCA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Trade mark magħrufa sew fis-sens ta’ l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebaħ li hija magħrufa sewwa fi Stat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31-32)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebaħ li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 57-59)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta’ l-20 ta’ Novembru 2003 (Każ R 10/2003-1) dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u Mirco Cara.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant għat-trade mark Komunitarja:

Mirco Cara

It-trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade mark figurattiva TOSKA LEATHER għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 – applikazzjoni Nru 1079888

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Mülhens GmbH & Co. KG


It-trade mark jew sinjal invoka in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

It-trade mark verbali Ġermaniża TOSCA għal prodotti ta’ fwieħa

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti fil-klassi 25 u miċħuda fir-rigward tal-bqija

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Ċaħda ta’ l-appell


Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mülhens GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.