Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2013 – Bogusz vs Frontex

(Kawża F-5/12) 1

(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal temporanji – Persunal tal-Frontex – Tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-perijodu ta’ prova previsti fl-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova – Iffissar tal-għanijiet – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fis-seduta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Slawomir Bogusz (Dobroszyce, il-Polonja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, bħala aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn S. Bogusz.

S. Bogusz għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1 ĠU C 133, 05.05.2012, p. 29.