Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Frontex

(Kawża F-5/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Frontex

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li tiddikjara t-tkeċċija tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2011 li timponi fuqu sanzjoni;

tikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż.