Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Rintisch vs UASI - Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIACTIVE)

(Kawża T-152/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIACTIVE - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta' dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Kunċett ta' 'sakemm ma jkunx provdut xorta oħra' - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valfleuri Pâtes alimentaires SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentant: F. Baujoin, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Frar 2009 (Każ R 1661/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Valfleuri Pâtes alimentaires SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009.