Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - Industrias Francisco Ivars vs UASI - Motive (Ridutturi mekkaniċi tal-veloċità)

(Kawża T-246/10)1

["Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rregistrat li jirrappreżenta riduttur mekkaniku tal-veloċità - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta' invalidità - Nuqqas ta' karattru individwali - Nuqqas ta' impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Francisco Ivars, SL (Xeraco, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Motive Srl (Montirone, Italja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano u J. Mora Granell, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Marzu 2010 (Każ R 1337/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Motive Srl u Industrias Francisco Ivars, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Industrias Francisco Ivars, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.