Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill

(Kawża T-117/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Listi ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Reġistrazzjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ “appoġġ għar-reġim” – Impriża li tappartjeni lill-Istat – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grodno Azot (Grodno, Bjelorussja), Khimvolokno Plant (Grodno) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1), u t-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p.41, rettifiki fil-ĠU 2023, L 70, p. 56 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20, rettifiki fil-ĠU 2023, L 71, p. 45 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 65), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Grodno Azot AAT u Khimvolokno Plant huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji.

____________

1     ĠU C 222, 7.6.2022.