Language of document : ECLI:EU:T:2009:98





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ April 2009 – Perry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/08)

“Rikors għad-danni – Preskrizzjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Responsabbiltà minħabba att individwali – Data tad-dehra tal-effetti dannużi tal-att (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 34-39, 47-52)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba akkużi ta’ użu ħażin ta’ għajnuna umanitarja Komunitarja li suppost seħħ mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u kumpanniji tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Claude Perry huwa kkundannat għall-ispejjeż.