Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2009 - Bayer Healthcare vs UASI - Uriach-Aquilea OTC (CITRACAL)

(Kawża T-277/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITRACAL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CICATRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)( b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Healthcare LLC (Morristown, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Uriach-Aquilea OTC, SL (Palau-Solita i Plegamans, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Mejju 2008 (Każ R 459/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Uriach-Aquilea OTC, SL u Bayer Healthcare LLC.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Bayer Healthcare LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 236, 13.09.2008