Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 1 (Ir-Repubblika Ċeka) irrappreżentata minn nutar fil-kwalità ta’ kummissarju ġudizzjarju fi Praga fis-6 ta’ Frar 2024 – L. P. et

(Kawża C-98/24, Koda 1 )

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 1

Partijiet fil-kawża prinċipali

L. P.

A. K.

R. K.

R. F. von K.-K.

Domandi preliminari

L-Artikolu 83(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 650/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ trasferiment causa mortis jinkludi wkoll id-dikjarazzjoni ta’ diżeredazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 83(4) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta t-testatur ikun għamel, qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, diversi dispożizzjonijiet causa mortis li kienu konformi mal-liġi ta’ Stat li t-testatur seta’ jagħżel skont ir-Regolament Nru 650/2012, il-liġi li titqies li ntgħażlet bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hija dik li taħtha t-testatur jkun għamel l-aħħar dispożizzjoni causa mortis qabel is-17 ta’ Awwissu 2015?

L-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-kapaċità tat-testatur kienet limitata bis-saħħa ta’ dispożizzjoni causa mortis magħmula qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, konformement mal-liġi li kienet tirregola s-suċċessjoni kollha tiegħu, u jekk emenda sussegwenti ta’ din il-liġi tkun bidlet il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-kapaċità testamentarja tiegħu, il-kapaċità testamentarja tat-testatur tibqa’ limitata skont il-liġi li kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu li kieku miet fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ suċċessjoni, indipendentement mill-fatt li, skont il-liġi li tirregola s-suċċessjoni kollha tiegħu fil-mument tal-mewt tiegħu, it-testatur kellu d-dritt li jannulla l-ftehim ta’ suċċessjoni (li jirrevokah jew li jemendah)?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.