Language of document : ECLI:EU:T:2007:136

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)

14 ta’ Mejju 2007

Kawża T-164/04

Patricia Wauthier u Viviane Deveen

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 – Rikors manifestament inammissibbli u manifestament mingħajr bażi ġuridika”

Suġġett: Talba għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, u b’mod sussidjarju, tar-rapporti ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal din il-proċedura.

Deċiżjoni:         Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament mingħajr bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ta’ rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)