Language of document : ECLI:EU:T:2011:337





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 – Valero Jordana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/04)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (KE) Nru 45/2001”

1.                     Unjoni Ewropea - Istituzzjonijiet - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 48 u 49)

2.                     Unjoni Ewropea - Istituzzjonijiet - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem - Portata - Obbligu ta’ evalwazzjoni b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data ta’ natura personali (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikoli 1(1) u 2(a) u (b) u Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 87-89, 91, 95, 96 u 102)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Motivazzjoni mressqa fil-mori tal-kawża mhux imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata - Inammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 107)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali li jirrigwardaw il-ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lil Gregorio Valero Jordana l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995, hija annullata.

2)

Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll tbati l-ispejjeż inkorsi minn G. Valero Jordana.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

4)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

5)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa mħassar mill-Kawża T‑161/04 bħala intervenjent.

6)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

7)

G. Valero Jordana, il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Isvezja u l-KEPD għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom dwar l-intervent tar-Renju tad-Danimarka.