Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2007 - Wauthier u Deveen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patricia Wauthier (Tubize, il-Belġju) u Viviane Deveen (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Bounéou u F. Frabetti, wara F. Frabetti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti )

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, prinċipalment, ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, u b'mod sussidjarju, tar-rapporti ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal dan l-eżerċizzju.

Dispożittiv tad-Digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 190 ta l-24.7.2004.