Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Frar 2013 - Langguth Erben vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' flixkun)

(Kawża T-66/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Novembru 2012 fil-Każ R 129/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta flixkun, għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 005 866

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(2) kif ukoll l-Artikoli 75, 76(1) u 77 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________