Language of document : ECLI:EU:T:2012:423





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – National Lottery Commission vs UASI – Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-404/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id – Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżistenza ta’ drittijiet tal-awtur preċedenti mħarsa mil-liġi nazzjonali – Oneru tal-prova – Applikazzjoni tal-liġi nazzjonali mill-UASI – Eżami”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedura ta’ annullament – Eżami limitat għall-motivi invokati – Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-materjalità tal-fatti invokati u tas-saħħa probatorja tal-elementi ppreżentati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76) (ara l-punt 20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Użu mit-trade mark li jista’ jiġi pprojbit skont liġi oħra preċedenti – Drittijiet tal-awtur – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 53(2)(c)) (ara l-punti 33-41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1028/2009‑1), tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mediatek Italia Srl u Giuseppe De Gregorio u, min-naħa l-oħra, in-National Lottery Commission.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Każ R 1028/2009‑1), tad-9 ta’ Ġunju 2010, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti min-National Lottery Commission fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.