Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Commune de Millau

(Kawża T-572/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent u E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Commune de Millau (Millau, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għall-impenji u għad-djun tas-Société d'économie mixte d'équipement de l'Aveyron (SEMEA) fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Commune de Millau iħallas lir-rikorrenti, in solidum ma' SEMEA, somma ta' EUR 41 012 bħala kapital, flimkien mal-interessi dovuti mill-10 ta' Marzu 1992 jew, sussidjarjament, mis-27 ta' April 1993;

tordna l-kapitalizzazzjoni tal-interessi;

tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma' SEMEA, għall-ħlas tas-somma ta' EUR 5 000 abbażi tan-nuqqas ta' ħlas abbużiv min-naħa ta' SEMEA;

tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma' SEMEA, għall-ispejjeż ta' din il-kawża;

tordna li din il-kawża tiġi magħquda mal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA 1, u barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għar-rimbors tad-dejn ta' SEMEA, sa fejn il-Commune de Millau akkwista l-attiv u l-passiv ta' SEMEA, inkluż il-kuntratt konkluż bejn SEMEA u l-Kummissjoni li jifforma l-bażi tal-kawża.

____________

1 - ĠU 2010, C 161, p. 48.