Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Frar 2021 – Proċeduri kriminali kontra KT

(Kawża C-71/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

KT

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja (ĠU 2006, L 292, p. 2) jippermettu l-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest ġdid għall-finijiet tal-istess prosekuzzjoni kriminali fil-konfront ta’ persuna li l-konsenja tagħha ġiet irrifjutata minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 1(3) tal-Ftehim, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 6 tat-Trattat UE u mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Artikoli 21(1) u 67(1) tat-Trattat FUE, u tal-Artikoli 6 u 45(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jippermettu li Stat Membru tal-Unjoni, li jkun ġie adit b’mandat ta’ arrest, jieħu deċiżjoni ġdida f’każ li fih Stat Membru ieħor kien irrifjuta li jikkonsenja lill-istess persuna għall-finijiet tal-istess prosekuzzjoni kriminali wara li l-persuna mfittxija tkun eżerċitat id-dritt ta’ moviment tagħha u tkun marret mill-Istat li fih kienet ġiet irrifjutata l-konsenja fl-Istat li ġie adit bil-mandat ta’ arrest il-ġdid?

____________