Language of document : ECLI:EU:T:2013:371

Kawża T‑358/08

(pubblikazzjoni f’estratti)

Ir-Renju ta’ Spanja

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Fond ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġett għal sistema ta’ trattament tal-ilma f’Zaragoza — Kanċellament parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi — Kunċett ta’ xogħol — Artikolu 14(10) u (13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE — Qsim ta’ kuntratti — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità — Preskrizzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013

1.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttiva 93/38 – Biċċa xogħol – Kunċett – Kriterji – Funzjoni ekonomika u teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet – Qsim artifiċjali ta’ biċċa xogħol waħda – Xogħlijiet ta’ tindif u purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ – Evalwazzjoni – Klassifikazzjoni bħala biċċa xogħol waħda

(Direttiva tal-Kunsill Nru 93/38, it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) u Artikolu 14(13))

2.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttiva 93/38 – Biċċa xogħol – Kunċett – Aspetti ġeografiċi u temporali – Eżistenza tal-istess entità kontraenti waħda u l-possibbiltà li x-xogħlijiet kollha jitwettqu minn impriża waħda – Kriterji mhux determinanti

(Direttiva tal-Kunsill 93/38, it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10))

3.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttiva 93/38 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-offerenti – Portata

(Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 4(2))

4.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttiva 93/38 – Biċċa xogħol – Kunċett – Kriterju – Funzjoni ekonomika u teknika tal-eżitu tax-xogħlijiet – Qsim artifiċjali ta’ biċċa xogħol waħda – Inammissibbiltà – Rekwiżit ta’ aġir intenzjonali tal- entitajiet kontraenti – Assenza

(Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 14(13))

1.      Il-Kummissjoni ma twettaqx żball meta tikkunsidra li x xogħlijiet koperti minn kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma jaqdu l-istess funzjoni teknika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku [ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi] għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, meta l-analiżi tal-Kummissjoni ma tikkonsistix fl-eżami tax-xogħlijiet koperti mill-kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma b’mod indipendenti u fl-evalwazzjoni tal-funzjoni teknika speċifika tagħhom, iżda teżamina jekk l-eżitu tax-xogħlijiet għandux l-istess funzjoni teknika. Dan ikun il-każ ta’ proġetti li jikkonsistu, minn naħa, fil-kostruzzjoni ta’ netwerk tad-dranaġġ li jkollu l-kapaċità li jikkanalizza l-ilma tad‑dranaġġ lejn il-kolletturi prinċipali, filwaqt li jiġi evitat l-għargħar, iċ-ċarċir lejn is-saffi ta’ taħt l-art issaturati bl-ilma u l-fluss mhux ikkontrollat tad-dranaġġ u, min-naħa l-oħra, fl-installazzjoni ta’ kolletturi sabiex jaqdu ż-żoni li għadhom iferrgħu direttament fix-xmajjar u li jirrijabilitaw iż-żewġ installazzjonijiet ta’ trattament tal-ilma tad-dranaġġ li lejhom ġie kkanalizzat l-ilma tad-dranaġġ, b’tali mod li l-Kummissjoni tikkunsidra li dawn huma xogħlijiet li l-eżitu tagħhom huwa t-titjib globali tas-sistema ta’ purifikazzjoni li l-għan tagħha huwa li taqdi hija stess funzjoni teknika, li hija l-purifikazzjoni tal-ilma tad-dranaġġ.

(ara l-punti 45-48, 50, 64, 65, 69, 82, 83, 87, 89, 90, 118)

2.      L-aspetti ġeografiċi u temporali ma jikkostitwixxux kriterji li għandhom l-għan li jiddefinixxu biċċa xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 93/38, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku [ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi] għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, li jipprovdi li xogħol għandu jfisser ir-riżultat ta’ attivitajiet ta’ bini u inġinerija ċivili, meħuda bħala ħaġa waħda, li huma maħsuba sabiex waħidhom iwettqu funzjoni ekonomika u teknika, iżda jikkostitwixxu elementi neċessarji sabiex jikkorroboraw l-eżistenza ta’ tali biċċa xogħol, u dan għaliex huma biss xogħlijiet li jinsabu f’kuntest ġeografiku u temporali ddeterminat li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala biċċa xogħol waħda.

Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ biċċa xogħol li tinsab f’din id-dispożizzjoni ma tissuġġettax l-eżistenza ta’ biċċa xogħol għall-preżenza ta’ elementi bħalma huma n-numru ta’ entitajiet kontraenti jew il-possibbiltà li x xogħlijiet jitwettqu kollha kemm huma minn impriża waħda. Għalkemm l-eżistenza tal-istess entità kontraenti waħda u l-possibbiltà għal impriża tal-Unjoni li twettaq ix-xogħlijiet kollha koperti mill-kuntratti kkonċernati jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi, jikkostitwixxu indikazzjonijiet li jikkorroboraw l-eżistenza ta’ biċċa xogħol fis-sens tad-Direttiva, huma ma jistgħux jikkostitwixxu, għall-kuntrarju, kriterji determinanti f’dan ir-rigward.

(ara l-punti 50-53, 57, 58, 95, 102)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 112)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 118)