Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2023 – Medspa vs EUIPO - Hic (ALDO COPPOLA AMO)

(Kawża T-508/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorret: Medspa Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baghetti u P. Burdese, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hic Srl (Milano)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ALDO COPPOLA AMO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 070 755

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1625/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, għaldaqstant, tilqa’ l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 070 755;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, għaldaqstant, tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jevalwa mill-ġdid il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 070 755 u t-trade marks tal-Unjoni Ewropea u Taljani tar-rikorrenti;

fi kwalunkwe każ, tiddikjara li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa lill-konvenuta Hic Srl l-ispejjeż li hija ġarrbet b’rabta mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u l-proċedura ta’ appell u stabbiliti mir-Raba’ Bord tal-Appell għall-ammont ta’ EUR 1400;

fi kwalunkwe każ, tordna lill-EUIPO u lil Hic Srl ir-rimbors tal-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-proċedura ta’ appell kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________