Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2012 - FLSmidth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FLSmidth & Co. A/S (Valby, id-Danimarka) (rappreżentant: J.-E. Svensson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali tat-30 ta' Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali), u, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali tat-30 ta' Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali), hija annullata sa fejn hija żżomm lil FLSmidth & Co. A/S responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu previst fl-Artikolu 1(1) tagħha, matul il-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 1990 u l-31 ta' Diċembru 1991.

2)    L-ammont ta' ħlas li għalih FLSmidth & Co. A/S hija responasabbli in solidum skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C (2005) 4634, ġie stabbilit għal EUR 14.45 miljun.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Il-Kummissjoni Ewropea u FLSmidth & Co. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 96, 22.4.2006.