Language of document : ECLI:EU:T:2021:711


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Square vs EUIPO ($ Cash App)

(Kawża T-210/20)

“ T rade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi g ħ all-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva $ Cash App  – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba ”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 17, 59, 69)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrapożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-motivi stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b) u (c))

(ara l-punti 18, 19)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tad-diversi motivi ta’ rifjut – Interpretazzjoni tal-motivi għal rifjut fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull wieħed minnhom

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b) sa (d))

(ara l-punt 20)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva $ Cash App

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 25, 26, 83)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punt 33)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punti 34-39)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punt 49)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark komposta minn diversi elementi – Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark – Neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 73)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-unika leġizlazzjoni tal-Unjoni – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-korpi tal-Unjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001)

(ara l-punt 95)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2020 (Każ R 811/2019-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva $ Cash App.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Square, Inc. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).