Language of document : ECLI:EU:T:2021:715


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal20 ta’ Ottubru 2021 – ZU vs IlKummissjoni

(Kawżi magħquda T-671/18 u T-140/19)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Trasferiment fl-interess tas-servizz – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża u dritt għal smigħ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura – Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal – Użu ħażin ta’ poter – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Ċaħda tat-talba – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2017 – Rapport ta’ evalwazzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2018 – Proposta li ma tingħatax promozzjoni – Responsabbiltà”

1.      Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Leave rrifjutat sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-servizz – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57)

(ara l-punt 85)

2.      Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Osservazzjonijiet negattivi indirizzati lil uffiċjal – Esklużjoni – Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))

(ara l-punti 112, 113 u 148)

3.      Uffiċjali – Disponibbiltà – Obbligu – Portata – Passi meħuda mill-persuna kkonċernata taħt l-Artikoli 24 u 90 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-ħin tax-xogħol tagħha – Obbligu għall-amministrazzjoni li tieħu dan inkunsiderazzjoni sabiex tevalwa l-produttività ta’ din il-persuna – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 7(1), 24, 43 u 90)

(ara l-punti 128 u 129)

4.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Eżistenza ta’ diverġenzi bejn uffiċjal u s-superjur ġerarkiku tiegħu – Assenza ta’ impatt fuq il-kapaċità ta’ dan tal-aħħar li jevalwa l-merti tal-persuna kkonċernata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

(ara l-punt 207)

5.      Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Libertà ta’ espressjoni – Żvelar ta’ fatti li jistgħu jagħtu l-impressjoni li hemm attività illegali jew nuqqas gravi – Protezzjoni tal-uffiċjal li jkun ikkomunika tali fatti – Portata – Applikabbiltà għal allegazzjonijiet ġenerali u bi ftit dettalji – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 22a(1))

(ara l-punti 266 sa 269)

6.      Uffiċjali – Assenjazzjoni – Trasferiment – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Konċiljazzjoni mal-interess tas-servizz

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 7(1))

(ara l-punti 277 u 280)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Iffissar tas-suġġett tat-talba – Tressiq ta’ talbiet għal kumpens fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76, 84(1) u 86)

(ara l-punti 308 u 310)

8.      Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Deterjorament tal-istat ta’ saħħa tal-persuna kkonċernata – Ċirkustanza li fiha nnifisha ma tikkostitwixxix fastidju psikoloġiku

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))

(ara l-punt 342)

9.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-evalwaturi – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

(ara l-punti 388 u 389)

10.    Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Proposta li r-rikorrent ma jiġix promoss minħabba li ismu ma kienx fuq lista ta’ uffiċjali li setgħu jiġu promossi – Att preparatorju – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 45, 90(2) u 91(1))

(ara l-punti 401, 402 u 409 sa 412)

Suġġett

Fil-Kawża T‑671/18, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2018 li tittrasferixxi lir-rikorrent lejn l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fi Brussell (il-Belġju), tal-ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2018 li permezz tagħha kkonfermat lir-rikorrent, b’mod provviżorju, li d-data tal-assenjazzjoni tiegħu mal-OLAF kellha tkun l-1 ta’ Diċembru 2018 u għaddietlu informazzjoni ta’ natura prattika dwar ir-ritorn tiegħu lejn Brussell u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment mressaq kontra dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba, b’mod partikolari, dawn id-deċiżjonijiet u, fil-Kawża T‑140/19, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2017, tal-proposta li ma jiġix promoss fil-proċedura 2018, taċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal assistenza mressqa fis-26 ta’ Frar 2018 u tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa kontra dawn it-tliet deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi fil-Kawżi magħquda T‑671/18 u T‑140/19 huma miċħuda.

2)

ZU huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑671/18 R.