Language of document : ECLI:EU:T:2021:717


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal20 ta’ Ottubru 2021 – Rosca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T434/19) (1)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ugwaljanza fit-trattament”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti – Deċiżjoni adottata minn bord tal-għażla wara eżami mill-ġdid tal-fajl ta’ kandidat mhux ammess sabiex jikkompeti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2), u 91(1))

(ara l-punt 32)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Modalitajiet u kontenut tal-eżamijiet – Metodi ta’ korrezzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Għażla – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III)

(ara l-punti 46, 68)

3.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ kompetizzjoni – Possibbiltà li tiġi invokata l-irregolarità tal-avviż ta’ kompetizzjoni – Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 55 sa 57, 59)

4.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 61)

5.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Iffissar mill-avviż ta’ kompetizzjoni – Evalwazzjoni, mill-Bord tal-Għażla, tal-esperjenza professjonali tal-kandidati – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 2(5))

(ara l-punti 73, 84, 85, 87, 116)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ioana-Felicia Rosca hija kkundannata għall-ispejjeż.


1 ĠU C 295, 2.9.2019.