Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2023 minn Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-26 ta’ April 2023 fil-Kawża T-794/21, Wenz Kunststoff vs EUIPO – Mouldpro (MOULDPRO)

(Kawża C-418/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Mouldpro ApS

Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Novembru 2023, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li jħassar il-Kawża C-418/23 P mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja u kkundanna lil Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG għall-ispejjeż tagħha stess.

____________