Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Tiendanimal vs EUIPO – Salvana Tiernahrung (SALVAJE)

(Kawża T-55/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SALVAJE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SALVANA – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rrikorrenti: Tiendanimal Comercio Electronico de Articulos para Mascotas, SL (Malaga, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukata)

Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: P. Villani u V. Ruzek, bħala aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salvana Tiernahrung GmbH (Klein Offenseth-Sparrieshoop, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Wagner u M. Kefferpütz, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Novembru 2022 (Każ R 2192/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tiendanimal Comercio Electronico de Articulos para Mascotas, SL, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Salvana Tiernahrung GmbH.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.