Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia amministrattiva per la Regione siciliana (l-Italja) fis-27 ta’ Novembru 2020 – Caruter s.r.l. vs S.R.R. Messina Provincia S.c.P.A., Comune di Basicò, Comune di Falcone, Comune di Fondachelli Fantina, Comune di Gioiosa Marea, Comune di Librizzi, Comune di Mazzarrà Sant’Andrea, Comune di Montagnareale, Comune di Oliveri, Comune di Piraino, Comune di San Piero Patti, Regione Siciliana - Urega - Ufficio regionale espletamento gare d’appalti lavori pubblici Messina, Regione Siciliana - Assessorato regionale delle infrastrutture e della mobilità

(Kawża C-642/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caruter s.r.l.

Konvenuti: S.R.R. Messina Provincia S.c.P.A., Comune di Basicò, Comune di Falcone, Comune di Fondachelli Fantina, Comune di Gioiosa Marea, Comune di Librizzi, Comune di Mazzarrà Sant’Andrea, Comune di Montagnareale, Comune di Oliveri, Comune di Piraino, Comune di San Piero Patti, Regione Siciliana - Urega - Ufficio regionale espletamento gare d’appalti lavori pubblici Messina, Regione Siciliana - Assessorato regionale delle infrastrutture e della mobilità

Domanda preliminari

L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku, flimkien mal-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jigu pprovduti servizzi, sanċiti fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana fil-qasam tal-“kriterji ta’ selezzjoni u ta’ assistenza fil-preparazzjoni tal-offerta” previst fl-inċiż inkluż fis-sentenza ta’ qabel tal-aħħar tal-Artikolu 83(8) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Digriet Leġiżlattiv tat-18 ta’ April 2016, Nru 50, li jeżiġi li f’każ li jintalab li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra (skont l-Artikolu 89 tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Digriet Leġiżlattiv tat-18 ta’ April 2016, Nru 50), il-mandatarju għandu dejjem ikun jissodisfa r-rekwiżiti u jeżegwixxi l-maġġoranza tas-servizzi?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (GU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).