Language of document : ECLI:EU:T:2011:672





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – ASPLA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE – Skambji ta’ informazzjoni individwalizzata – Iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti ta’ bejgħ skont iż-żona ġeografika – Tqassim tal-klijenti – Sottomissjonijiet miftiehma għal sejħiet għal offerti – Ksur uniku u kontinwat – Portata tal-aġir issanzjonat – Delimitazzjoni tas-suq ta’ prodotti u tas-suq ġeografiku – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità – Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ”

1.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali - Kriterji - Neċessità ta’ preżenza fuq it-territorji kollha koperti mill-akkordju - Assenza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 22, 23, 30, 32, 66, 109)

2.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Parteċipazzjoni f’laqgħat ta’ impriżi li għandhom għan antikompetittiv - Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 24)

3.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Delimitazzjoni tas-suq - Skop - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq inkwistjoni - Limiti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 80-84)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji differenti - Klassifikazzjoni skont il-kobor - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 92, 93)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tar-realtà ekonomika meta seħħ il-ksur - Użu mill-Kummissjoni tal-istess sena ta’ referenza għall-impriżi kollha li pparteċipaw fil-ksur - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 111, 112)

6.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3,) (ara l-punti 124-126)

7.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ineżistenza ta’ benefiċċju - Esklużjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 128)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Differenzi bejn impriżi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ammont massimu - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 143, 144)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Plasticos Españoles, SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż.