Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-125/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tkeċċi lir-rikorrenti u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jordna lill konvenut iħallas lir-rikorrenti s-salarju u l-benefiċċji li hija kellha taqla sat-tmiem tal-leġislatura 2009/2014;

jordna lil konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 50000, ex aequo et bono, u li tista’ tiżdied jew tonqos fil-mori tal-kawża, bħala kumpens għad-dannu li jirriżulta mit-telf tal-possibbiltà li tikseb xogħol mal-Parlament Ewropew wara l-leġistlatura 2009/2014;

jordna lil konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 15000, ex aequo et bono, u li tista’ tiżdied jew tonqos fil-mori tal-kawża, bħala kumpens għad-danni morali subiti;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.