Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/14) 1

(Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali – Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni – Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni – Tul minimu ta’ esperjenza professjonali – Modalitajiet ta’ kalkolu – Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla – Assenza – Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata – Kumpens)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura għall-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal, peress li dan tal-aħħar ġie inkluż f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li ġie informat li d-DĠ ikkonċernat kien qabel mar-reklutaġġ tiegħu, u wara li finalment ġie deċiż li l-esperjenza professjonali tiegħu ma kinitx suffiċjenti.DispożittivId-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrekluta lil FE hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil FE s-somma ta’ EUR 10 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn FE.

____________

1 ĠU C 7, 12.1.2015, p. 56.