Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 - Aayhan et vs Il-Parlament

(Kawża F-10/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laleh Aayhan (Strasbourg, Franża) et. (rappreżentant: R. Blindauer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2007 għar-rikwalifikazzjoni tal-kuntratti kollha għal żmien fiss li kellhom ma din l-istituzzjoni f'kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni espliċita ta' rifjut mogħtija fil-25 ta' Ottubru 2007 mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, investit bl-Awtorità tal-Ħatra għal ilment ippreżentat quddiem il-Parlament fis-27 ta' Ġunju 2007;

tikkunsidra l-kuntratti kollha għal żmien fiss li kienu jorbtu lir-rikorrenti mal-Parlament Ewropew bħala kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat li jmur lil hinn mill-1 ta' Jannar 2007;

terġa ddaħħal lill-aġenti rikorrenti kollha b'kuntratt għal żmien mhux determinat fis-servizz tal-Parlament Ewropew;

tagħti lil kull aġent rikorrenti għall-perijodi kollha ta' xogħol mill-bidu ta' l-impjieg tiegħu, kumpens li jirrappreżenta d-dritt għal-leave bil-paga li kiseb permezz ta' xogħolu;

tiddeċiedi favur ir-rikorrenti safejn dawn iqisu lid-deċiżjoni ta' l-20 ta' April 2007 hija r-rifjut ta' lment u li huma diġà ressqu kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

____________