Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Ottubru 2009 - Aayhan et vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-10/08) 1

(M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laleh Aayhan (Strasbourg, Franza) u oħrajn (rappreżentant: R. Blindauer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mustapha-Pacha u R. Ignătescu, sussegwentement minn R. Ignătescu u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-25 ta' Ottubru 2007, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2007 għar-rikwalifikazzjoni tal-kuntratti kollha għal żmien fiss li kellhom ma din l-istituzzjoni f'kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat.

Dispożittiv tad-digriet

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F 10/08, Aayhan et vs Il-Parlament Ewropew.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008, p. 70