Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2011 - Fortress Participations vs UASI - Fortress Investment Group and Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

(Kawża T-314/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti:: M.L.J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Fortress Investment Group LLC (New York, l-Istati Uniti) u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' April 2011, fil-Każ R 354/2009-2; u

tordna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-kawża jħallsu l-ispejjeż tagħhom tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju u l-Qorti Ġenerali u jħallsu dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark figurattiva "FORTRESS", bil-kuluri aħmar, iswed u abjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3398451

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq raġunijiet relattivi ta' invalidità skont l-Artikoliu53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009. Din kienet ukoll ibbażata fuq it-trade marks tar-Renju Unit mhux irreġistrati, "Fortress", u "FORTRESS INVESTMENTS", u "FORTRESS INVESTMENT GROUP", użati fil-kors tal-kummerċ.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma analizzax korrettament il-kwistjoni ta' avvjament taħt id-dritt tar-Renju Unit dwar l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) u naqas milli jevalwa korrettament ir-riskju ta' preżentazzjoni żbaljata u d-dannu li jista' jirriżulta.

____________