Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2011 - Günter Heede vs UASI (Matrix-Energetics)

(Kawża T-313/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Günter Heede (Walldorf-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Utz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2011 fil-Każ R 1848/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "Matrix-Energetics" għas-servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 44 - Applikazzjoni Nru 8 339 798

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 207/2009 peress li, minn naħa, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex effett deskrittiv u għandha l-karattru distintiv neċessarju, u min-naħa l-oħra, il-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq stampi pprintjati mill-Internet li saru wara d-data li fiha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u li, barra minn hekk, użu iżolat, illegali u wara d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni ta' isem (immaġinarju) li oriġinarjament kien distintiv, minn terzi, ma jistax ikollu effett negattiv fuq in-natura reġistrabbli ta' trade mark Komunitarja.

____________