Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2011 - Fortress Participations vs UASI - Fortress Investment Group u Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

(Kawża T-315/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: M.L.J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fortress Investment Group LLC (New York, l-Istati Uniti) u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Marzu 2011, fil-Każ R 355/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż tagħhom tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju u l-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "FORTRESS", għal servizi fil-klassijiet 35, 36 u 42 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2095784

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq ir-raġunijiet relattivi ta' invalidità taħt l-Artikoli 53(1)(c) u 8(4) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009. It-talba kienet ibbażata wkoll fuq it-trade marks mhux irreġistrati tar-Renju Unit "FORTRESS", "FORTRESS INVESTMENTS", u "FORTRESS INVESTMENT GROUP", użati fil-kors tal-kummerċ.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli janalizza sew il-kwistjoni tal-avvjament taħt il-liġi Ingliża tal-abbuż tad-denominazzjoni, u naqas milli janalizza sew il-probabbiltà ta' dikjarazzjoni qarrieqa u d-danni konsegwenti.

____________