Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2012 - Fortress Participations vs UASI - FIG u Fortress Investment Group (FORTRESS)

(Kawża T-315/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment L. J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister, sussegwentement L. J. van de Braak, S. Malynicz, R. Black u V. Baxter, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIG LLC (New York, l-Istati Uniti); u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Gray u R. Mallinson, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Marzu 2011 (Każ R 355/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn FIG LLC u Fortress Investment Group (ir-Renju Unit), minn naħa, u Fortress Participations BV, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.