Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 – Heede vs UASI (Matrix-Energetics)

(Kawża T-313/11)1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Matrix-Energetics – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Pubbliku rilevanti – Data tal-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Günter Heede (Walldorf-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Utz, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 1848/2010-4), dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Matrix-Energetics bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Günter Heede huwa kkundannat għall-ispejjeż.