Language of document : ECLI:EU:T:2012:296





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Süd-Chemie vs UASI — Byk-Cera (CERATIX)

(Kawża T-312/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CERATIX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERATOFIX — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 16-24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 1585/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Süd-Chemie AG u Byk-Cera BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Süd-Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.