Language of document : ECLI:EU:T:2013:603





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Heede vs UASI (Matrix-Energetics)

(Kawża T‑313/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Matrix-Energetics — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Pubbliku rilevanti — Data tal-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ reġistrazzjoni — Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni — Att li ma jiggarantixxix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 37 u 39(2)) (ara l-punt 24)

2.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplut f’kull każ konkret (ara l-punt 28)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 35, 36)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ servizz — Trade mark verbali Matrix-Energetics (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 54-59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 1848/2010‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Matrix-Energetics bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Günter Heede huwa kkundannat għall-ispejjeż.