Language of document : ECLI:EU:T:2010:143





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2010 – Laboratorios Byly vs UASI – Ginis (BILLY’S Products)

(Kawża T-514/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BILLY’S Products – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti BYLY u byly – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet relattivi għal rifjut ‑ Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ‑ Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d‑deċiżjoni tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal‑UASI, tal‑15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 469/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Byly, SA u Vasileios Ginis.

Informazzjoni dwar il‑kawża

Applikant għat‑trade mark Komunitarja:

Vasileios Ginis

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva BILLY’S Products għal prodotti fil‑klassi 3 –Applikazzjoni Nru 4215273

Proprjetarju tat‑trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Laboratorios Byly, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji verbali BYLY (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 156216) għal prodotti fil‑klassi 3 u byly (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2604015) għal prodotti fil‑klassijiet 3 u 5 u għal servizzi fil‑klassi 35

Deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal‑Bord tal‑Appell:

Appell miċħud

 


 Dispożittiv

1)         Id‑deċiżjoni tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal‑Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal‑15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 469/2008‑2) hija annullata.

2)         L‑UASI huwa kkundannat għall‑ispejjeż.