Language of document : ECLI:EU:T:2009:306





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Settembru 2009 – Inalca u Cremonini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑174/06)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Investigazzjonijiet tal-OLAF dwar irregolaritajiet fil-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan – Komunikazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali ta’ informazzjoni dwar fatti li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali – Deċiżjoni nazzjonali ta’ rkupru ta’ ħlas lura – Kostituzzjoni ta’ garanziji – Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Natura kontinwa tad-dannu – Inammissibbiltà parzjali – Rabta kawżali”

1.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza (Artikolu 230 KE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 46 u 53) (ara l‑punti 46, 47, 55-57, 60, 61)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 68, 69)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal‑Artikolu 288 KE) (ara l-punti 84-90)

Suġġett

Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali intiż għall-ksib ta’ kumpens għad‑dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-komunikazzjoni lill‑awtoritajiet Taljani tal-konklużjonijiet, li jimplikaw lir-rikorrenti, ta’ investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex jiġi vverifikat jekk ċertu ħlas lura fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan kienx skont il-liġi.

Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Inalca SpA – Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.