Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 - Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi vs UASI - Denim (VIGOSS)

(Kawża T-431/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bulur Giyim Sanayi ve Ticaret Sirketi (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A V Denim, Inc. (li teżerċita l-kummerċ bħala A&V Denim, Inc.) (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 fil-każ R 1366/2007-2, safejn ċaħdet l-appell imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta' Ġunju 2007 dwar l-oppożizzjoni Nru B 923 005; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "VIGOSS" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva internazzjonali Nru 771 374 "VIGOSS" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Talba parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti meta evalwa l-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________