Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Microsoft vs UASI – Sky IP International (SKYDRIVE)

(Kawża T-153/12) 1

(“Trade mark Komunitarja - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Microsoft Corp. (Redmond, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Carboni u J. Colbourn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Panayotis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky IP International Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. Baxter, D. Rose, solicitors, u P. Roberts, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2293/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky IP International Ltd u Microsoft Corp.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.





____________

1     ĠU C 184, 23.06.2012.