Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2011 - Genebre vs UASI - General Electric (GE)

(Kawża T-520/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Genebre, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: Sr. D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Electric Company (Schenectady, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 20/2009-4;

tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Nru 5.006.325 għandha tiġi rreġistrata fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "GE" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11 u 17.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: General Electric Company.

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja "GE" u trade mark figurattiva Komunitarja "GE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 17, 18, 19, 25, 28, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43 u 44.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u peress li General Electric Company ma pproduċietx provi suffiċjenti biex turi użu effettiv tat-trade marks tagħha.

____________