Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2011 - Otero González vs UASI

(Kawża T-522/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Correa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1454/2010-2, dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti li ġejjin: "ritratti, adeżivi, sustanza li twaħħal għall-użu ta' kartolerija u tad-dar, pniezel, tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar"

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komuntarja Nru 005676382 "APLI-AGIPA" fir-rigward tal-prodotti kollha aċċettati fil-klassi 16;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Apli-Agipa SAS

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "APLI-AGIPA" għal prodotti fil-klassi 16.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola "AGIPA" u t-trade mark figurattiva Spanjola li fiha l-element verbali "a-agipa", it-tnejn li huma għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwisjtoni.

____________