Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2012 - Gozi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-519/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għall-assistenza - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti lill-appellant tar-rimbors tal-ispejjez imħallsa fil-kuntest ta' proċedura quddiem qorti kriminali nazzjonali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Sandro Gozi (Soglianó Al Rubicone, l-Italja) (rappreżentanti: G. Passalacqua u G. Calcerano, avukati)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta' Lulju 2011, Gozi vs Il-Kummissjoni (F-116/10, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    L-appell huwa miċħud.

2)    Sandro Gozi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 347, 26.11.2011.